Din il-paġna tat-8 ta’ Frar 1960, b’noti ta’ laqgħa li saret fil-Palazz, faqqsitli ħafna mistqosijiet f’moħħi. X’kien qed jiġri eżattament hawnhekk?
Dak iż-żmien kien il-Palazz tal-Gvernatur (Admiral Sir Guy Grantham) għax Malta kienet immexxija mill-Ingliżi wara r-riżenja ta’ Dom Mintoff fl-24 ta’ April tal-1958 u d-dikjarazzjoni ta’ Stat ta’ Emerġenza fit-30 ta’ April. Il-Maltin tilfu d-dritt li jmexxu.
Waħda mill-mistoqsijiet kbar u miftuħa li għadni qed niffaċċja hija l-proġett tat-Teatru Manoel biex dan iservi bħala Teatru Nazzjonali li jwasslu sal-1964
U xi oħrajn.
Mhix ironija li, minkejja li l-proġett tat-Teatru Nazzjonali Malti beda b’inizjattiva lokali fis-sena 1948, kellu jiġi inawgurat mill-Ingliżi, li kienu wkoll f’pożizzjonijiet ewlenin fil-kumitati tal-istess teatru, bħas-Sur Graham Binns minn Rediffusion.
Minkejja l-preżenza dominanti tal-Ingliżi fl-inawgurazzjoni u l-ġestjoni tat-Teatru Manoel, il-Maltin xorta waħda kkontribwew, forsi b’mod indirett minn wara l-kwinti?
Il-kontribut u l-azzjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi, bħal Edgar Cuschieri fl-irwol tiegħu ta’ Segretarju Amministrattiv dak iż-żmien, jirriflettu l-ambizzjonijiet kulturali u nazzjonali tal-Maltin qabel l-Indipendenza, permezz tal-involviment tagħhom fil-proġett tat-Teatru Manoel.
Nirrigrazzja lill-Arkivji Nazzjonali talli tawni aċċess għall-fajls fl-arkivji tagħhom, kif ukoll grazzi għax-xogħol li qed isir fl-Arkivju Diġitali tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Teatru fl-Università ta’ Malta. Grazzi għad-diġitalizzazzjoni, qed jinfetaħ aċċess għall-vini prinċipali tal-Istorja Kulturali ta’ pajjiżna u permezz ta’ dawn il-bytes diġitali, nistgħu fl-aħħar nittamaw li tibda tifforma biċċa oħra importanti minn din l-Istorja.Fuq kollox grazzi SIPARJU tal-borża ta’ studju.
Għal dak li ġej.